B’referenza għall-appell li għamlu sitt plejers Maltin ta’ taħt il-21 sena, il-Bord tal-Appell tal-UEFA ċaħad l-appell ta’ erba’ minnhom bid-deċiżjoni taż-żewġ plejers l-oħrajn għadha trid tittieħed.
Lura f’Jannar sitt plejers tat-tim internazzjonali ta’ Malta ġew sospiżi mill-UEFA, tnejn minnhom għal għomorhom, b’rabta’ ma’ każ ta’ korruzzjoni fil-logħbiet li t-tim Malti lagħab kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka lura fl-2016.Il-Bord Dixxipplinarju tal-UEFA, kien ħa dawn id-deċiżjonijiet;
Samur Arab: ġie sospiż sal-21 ta’ Diċembru tal-2019 talli ma avżax b’mod immedjat lill-UEFA li ġie avviċinat b’rabta ma’ attivitajiet relatati ma’ korruzzjoni fil-logħbiet.
Ryan Camenzuli ġie sospiż sat-30 ta’ Settembru tal-2019 u li jrid jagħmel xogħol fil-komunità relatat mal-futbol talli ma’ infurmax lill-UEFA dwar l-istess attivitajiet.
Llywelyn Cremona ġie sospiż sal-31 ta’ Diċembru tal-2018 u kif ukoll irid jagħmel xogħol fil-komunità relatat mal-futbol talli ma nfurmax lill-UEFA li ġie avviċinat b’rabta ma’ attivitajiet relatati ma’ korruzzjoni fil-logħob.
Il-UEFA waqt laqgħa li saret bejn id-9 u l-10 ta’ April iddeċidiet li ma tilqax l-appell li ddaħħal mill-erba’ plejers.
Il-każ taż-żewġ plejers l-oħrajn, Emanuel Briffa u Kyle Cesare, li ġew sospiżi għal għomorhom, għadu pendenti. Id-data tal-laqgħa li fiha se tittieħed deċiżjoni dwar dawn il-każijiet għadha ma ġietx iddeterminata.