Il-Bord tad-Diretturi tal-BOV feraħ lil Maria Pia Saliba u Mark Serge bir riżultati pożittivi miksuba fl-iSpecial Olympics li saru f’Abu Dhabi.
L-Għawwiema Maria Pia Saliba kisbet l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ispecial Olympics fil-25 metre butterfly u rebħet ukoll il-bronż fil-50 metru backstroke. Mark rebaħ midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tas-singles fil-Bowling u wkoll midalja tal-fidda fil-kompetizzjoni doubles.
Il-Bord tad-Diretturi tal-BOV kien laqa’ lil dawn iż-żewġ atleti u faħħarhom għall-impenn tagħhom fid-dixxiplini rispettivi tagħhom li rriżultaw f’4 midalji mit-total ta’ 40 midalja ta’ Malta fl-Ipsecial Olympics