Il-bord tad-diretturi ta’ ONE, il-Ġimgħa filgħodu, iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali b’tifkira ta’ Karl Gouder, eks Deputat Nazzjonalista u Kap Uffiċjal tal-Operazzjonijiet tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista, media.link.
Hu miet nhar it-Tlieta li għadda fl-għomor ta’ 45 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-delegazzjoni ta’ ONE, li kienet immexxija miċ-Chairperson Ruth Micallef, intlaqgħet minn uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista mal-wasla tagħha fil-kwartieri f’Tal-Pietà.
Karl Gouder se jingħata l-aħħar tislima għada filgħodu bil-quddiesa tal-funeral fil-11:00 fil-Knisja ta’ San Ġiljan.