Il-Gvern laqa’ talba tal-Imħallef Emeritu JD Camilleri għal estensjoni fit-terminu tal-inkjesta li qed imexxi dwar l-allegazzjonijiet li saru f’MaltaToday tad-9 ta’ Ottubru 2016 f’artiklu intitolat ‘Money laundering investigation was not pursued when Fenech Adami’s name cropped up’.
L-istqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali spjegat li L-Imħallef Camilleri, bħala ċ-Chairman tal-Bord ta’ Inkjesta, talab lill-Prim Ministru biex, minflok din il-ġimgħa kif oriġinarjament skedat, l-inkjesta titlesta erba’ ġimgħat wara, bil-għan li l-bord ikun jista’ jwettaq l-inkarigu tiegħu bl-aħjar mod possibbli.