Mis-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed iżid il-bonus li jagħti għat-twelid ta’ tarbija jew adozzjoni.
Dan il-bonus se jiżdied b’€100 u b’hekk ħa jitla’ għal €400.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn din iż-żieda mistennija jgawdu minnha madwar 4,000 ġenitur.
Il-bonus għal ġenituri li jadottaw kien ġie introdott mill-Gvern is-sena l-oħra.