Fil-Qorti bdiet tinstema l-Kumpilazzjoni fil-konfront tat-tlett akkużati li kienu l-moħħ wara l-Bomba li tpoġġiet taħt il-Karozza tan-negozjant Għawdxi Mario Scicluna fl-erbgħa ta’ Jannar li għadda fil-Fgura.
It-Tlett akkużati Pawlu Farrugia magħruf bħala l-Kwattru, Jonathan Farrugia magħruf bħala Ġanni ta’ Nina u Lorenzo Callus magħruf bħala l-Ħeswes dehru quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit it-Tlieta filgħodu.
Minn fuq il-pedina tax-xhieda bdiet ħierġa l-evidenza ta’ kif il-Pulizija waslet għat-tlett akkużati minn fomm l-Ispettur Keith Arnaud.
Huwa spjega kif ir-raġuni lill-bomba ma’ ħadietx kienet minħabba lill-mobile li miegħu kienet imqabbda kellhu batterija baxxa. Iżda l-Pulizija kompliet tosserva kif mill-interċetazzjoni tal-mobiles tal-akkużati huma nstemgħu telefonati fejn deher evidenti l-paniku ftit wara li sar magħruf mill-media lill-Bomba ma’ ħadietx.
Filfatt Pawlu l-Kwattru ta’ struzzjonijiet sabiex jintrema l-mobile li kien qed jintuża sabiex tiġi attivita l-bomba minn fuq is-sur għall-isfel. Filfatt il-Pulizija qed tifli kważi tnejn u sebgħin siegħa ta’ ‘filmati minn fuq kameras fil-viċinanzi ta’ minn fejn seħħ l-attentat biex tiġi attivitata l-bomba, fejn sa issa ġiet osservata vettura ta’ wieħed mill-akkużati.
L-Ispettur Arnaud spjega kif il-bomba kienet magħmula minn board imwaħħla ma’ mobile tat-tip Nokia issiġilata ġo borża tas-silicone b’ detonator magħha li hu maħsub li kien jinkludi splussiv tat-tip TNT.
Fil-Qorti ħareġ ukoll kif is-simcard użata f’ din is-sistema inxtrat minn Bormla u ġiet attivita f’ Mejju tas-sena l-oħra u li minnha saru diversi telefonati. Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Mobile ta’ Lorenzo Callus kien ikun osservat diversi drabi fl-istess postijiet tas-simcard użata mal-bomba fosthom qrib id-dar tiegħu.
Dak in-nhar tal-arrest fil-ħmistax ta’ Marzu l-Ispettur Arnaud spjega kif fid-dar ta’ Lorenzo Callus magħruf bħala l-Ħeswes instabu susstanzi illeċiti, revolver u kif ukoll munizzjon flimkien ma’ tlett mobiles, smartphones u SIM Card.
Filfatt huwa spjega kif ħames mobiles kienu dejjem qed jimxu flimkien fil-jiem ta’ qabel saret il-bomba.
Intant, fil-Qorti ħareġ ukoll kif Pawlu l-Kwattru ġie arrestat fuq il-Luzzu tiegħu f’ Birżebbugia. L-Ispettur Prosekuttur spjega kif l-investigazzjonijiet idetterminaw kif l-istess Farrugia kien avviċina lill-vittma Mario Scicluna u offrielu li jbiegħlu diversi karti ta’ kreditu fuq materjal ta’ kostruzzjoni. Filfatt Scicluna kien għadda s-somma ta’ mitt elf ewro lill-Kwatru f’ Novembru, madankollu tal-aħħar ma’ onorax il-ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Dan kif kien żvela ONE News ftit tal-ġimgħat ilhu. Madankollu kien ftit tal-jiem wara l-erba ta’ Jannar li Pawlu Farrugi amar sabiex jgħatti dak dovut lill-Mario Scicluna.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud filwaqt lill-Avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi u Roberto Montalto qed jidhru għall-akkużati u l-Vukat Mario Mifsud qed jidher parte civile għal vittma Mario Scicluna u Elaine Galdes.