Skont il-Ministru Afgan responsabbli mid-Difiża, l-aktar bomba b’saħħitha li għandha l-Amerka, qatlet 36 militant tal-Istat Iżilamiku u farrket il-bażi tagħhom fl-Afganistan.
Din kienet l-ikbar bomba mhux nukleari li l-Amerka qatt użat. Tniżżlet fuq kumpless ta’ mini fil-provinċja Nangarhar.
L-eks President Afgan Hamid Karzai qal li dan l-attakk ma kienx uman u kien l-aktar mod brutali kif l-Amerka setgħet tuża lill-Afganistan.
Aqra aktar: Forzi Amerikani jużaw ‘the mother of all bombs‘