Hija probabbiltà li l-isplużjoni li seħħet nhar il-Milied f’Nashville fl-Istati Uniti kienet bomba suwiċida.
Dan qaluh diversi uffiċjali u investigaturi li bħalissa qed jagħmlu testijiet tad-DNA wara li nstabu fdalijiet tal-umani ħdejn is-sit li fih seħħet din il-bomba qawwija.
Tul il-jum tas-Sibt saret ukoll tfittxija f’dar li fiha toqgħod persuna ta’ interess fl-investigazzjoni.
Tliet persuni sfaw feruti kawża ta’ din il-bomba li tellfet ukoll is-sistemi ta’ komunikazzjoni f’Tennessee u erba’ stati oħra.
S’issa ma ġie stabbilit l-ebda mottiv wara din l-isplużjoni u ħadd għadu ma refa responsabbilità.