Il-BNF Bank qed joffri moratorju ta’ 9 xhur għal self ta’ dar jew ieħor personali.
Fi stqarrija l-bank qal li din hija miżura biex tgħin lil dawk li d-dħul tagħhom ġie affettwat minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Il-bank se jestendi wkoll il-miżura finanzjarja ta’ rifużjoni tat-tariffi relatati ma’ ġbid ta’ flus minn ATMs ta’ fergħat ta’ banek lokali oħra, sal-aħħar t’April.
Qal li din il-miżura hija ntiża sabiex tgħin lill-klijenti milli joqogħdu jivvjaġġaw iżjed biex jiġbdu l-flus.