Il-kumpanija Ġermaniża tal-karozzi, BMW nediet l-ewwel karozza fid-dinja li tbiddel il-kuluri.
Din il-karozza, li tnediet waqt fiera f’Las Vegas u hija msejjħa BMW iX Flow tuża teknoloġija speċjali, li tbiddel il-kuluri.
Dawn ivarjaw bejn griż u abjad.
Waqt li din il-karozza ġiet varata ġie spjegat kif dawn il-kuluri jinbidlu permezz ta’ app fuq il-mobile.
Intqal kif fil-futur din it-teknoloġija se tkompli tavvanza, hekk kif qed jaraw li tkun ikkontrollata permezz ta’ buttuna fid-dashboard tal-karozza jew inkella permezz ta’ moviment bl-idejn.