L-ikbar ċentru tal-informazzjoni u s-servizzi tal-internet il-BMIT, ħabbret li qed taħdem fuq binja ġdida fiż-Żejtun. Din il-binja l-ġdida hija mistennija li tibda topera s-sena d-dieħla.
Il-BMIT fiż-Żejtun se tkun qed tinkorpora diversi timijiet fiha, fosthom it-tim tekniku, kummerċjali, amministrattiv u maniġerjali. Din il-faċilità ta’ €10m għandha wkoll il-Kinetix IT Solutions.
Christian Sammut il-Kap Eżekuttiv ta’ BMIT qal: “Dan l-investiment huwa pass ieħor biex inkomplu nipprovdu lill-konsumaturi u l-klijenti prospettivi bl-aħjar servizzi possibbli. L-objettiv ta’ BMIT huwa li nkomplu nibnu fuq dawn is-suċċessi biex nissimplifikaw id-dinja tal-IT lill-konsumaturi, billi nipprovdu servizzi aħjar u nżidu l-valur tal-azzjonisti tiegħu”.