Id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista li kienu protagonisti fil-manuvra biex qalftu ’l barra lil Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista issa m’huma jeskludu xejn wara r-riżultati foqra li Bernard Grech qed iġib fis-surveys.
Filwaqt li d-Deputat Hermann Schiavone qalilna kif iż-żmien qrib tal-elezzjoni huwa kontrihom biex jaġixxu, meta staqsejna lid-Deputati li kienu protagonisti biex jitneħħa Adrian Delia huma ma lissnu l-ebda kelma u ma riedu jwieġbu l-ebda mistoqsija.
Fi tmiem il-ġimgħa, l-akkademiku Mario Thomas Vassallo appella lis-17 Blue Heroes biex minnufih jaġixxu sabiex isalvaw il-partit Iżda dwar dan anke deputati oħra li staqsejna barra l-Parlament baqgħu siekta u ma kixfu xejn milli għandhom fil-komma.
Filwaqt li bosta deputati għażlu li ma jitfgħux dawl fuq x’hemm imħejji għal Bernard Grech, jidher li mhux aħna biss tħallejna fl-għama dwar il-manuvri li hemm jinħmew fil-partit.