Simon Maurice O’Leary, Irlandiż, ġie mmultat erba’ mija u ħamsin ewro wara li qabbad sigarett fuq l-ajruplan li kien fi triqtu lejn Malta.
Fil-Qorti nstema’ kif l-Irlandiż ġie arrestat meta wasal Malta minn Cork fuq vjaġġ tar-Ryanair.
L-Irlandiż qal li qabbad sigarett biex jikkalma peress li beża’ fuq l-ajruplan.