Fost l-aktar kombinazzjoni popolari dik tal-birra u l-krisps qed jiġu meqjusa għall-ewwel darba li jistgħu ikunu ta’ għajnuna fejn tidħol il-bidla fil-klima.
Il-kumpanija Walkers addottaw teknika li tnaqqas l-emissjonijiet b’70% mill-proċess tagħha tal-manifattura.
Din it-teknoloġija ser tuża l-karbonju li joħroġ mill-fermentazzjoni tal-birra u eventwalment jiġi mħallat mal-fdalijiet tal-patata li jitbiddel f’fertilizzant.
Liema fertilizzant issa jiġi mxerred fl-għelieqi għall-produzzjoni tas-sena d-dieħla.
Għaldaqstant il-birra u l-krisps huma kumbinazzjoni perfetta sabiex dan iseħħ hekk kif twaqqaf l-emissjonijiet tal-karbonju fil-birrerija fl-atmosfera.