Il-Jum Nazzjonali mingħajr karozzi ser jiġi ċċelebrat il-Ħadd 17 ta’ Settembru ġewwa l-Birgu u fit-22 ta’ Settembru ġewwa l-Għarb Għawdex.
F’dawn il-jiem ser jiġu organizzati attivitajiet diversi wara li ġew magħżula permezz ta’ kompetizzjoni sabiex jiġu organizzati l-attivitajiet uffiċjali għal din is-sena. Ser ikun hemm diversi toroq f’dawn iż-żewġ lokalitajiet li ser ikunu magħluqa għat-traffiku. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.
Fis-17 ta’ Settembru il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jieħu l-opportunita’ biex jipprova mezzi differenti tat-trasport bħal trasport pubbliku, is-servizzi bil-baħar, ċikliżmu u mixi. Il-Valletta Ferry Services se jkun qed joffri prezzijiet imraħħsa għal vjaġġi bejn il-Belt u l-Birgu f’dan il-jum.