Birgu rebħu r-regatta ta’ Jum il-Ħelsien, li saret it-Tnejn waranofsinhar fil-Port il-Kbir.
Dan hekk kif id-distrett ta’ Birgu rebaħ Kategorija A b’total ta’ 48 punt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fit-tieni post ġew Bormla, waqt li fit-tielet post ġew l-Isla.
Dan filwaqt li Birżebbuġa rebħu Kategorija B.
It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Marsamxett.
Fix-xatt tal-Belt żar lil dawk preżenti l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia.