BirdLife Malta ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Ministru għall-Ambjent, il-Ministru għal Għawdex, u l-Kap tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi talli qed jippjanaw li jiftħu l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
B’reazzjoni għal din l-azzjoni legali biex l-istaġun tal-kaċċa ma jiftaħx, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li hekk kif propost mill-kumitat Ornis, l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jista’ jiftaħ bejn l-għaxra u t-tletin ta’ April.
Fakkar ukoll kif ftit inqas minn sena ilu, l-istess għaqda mhux governattiva fetħet kawża l-Qorti kontra l-Gvern dwar il-ħruġ tal-liċenzji lill-kaċċaturi għall-istess staġun.