Il-Birdlife Malta qed tallega li fjamingu li kien qed jinżamm fir-Riserva Naturali tal-Għadira għal dawn l-aħħar sena u nofs, sparixxa. Dan hekk kif il-Birdlife Malta allegat li l-istess fjamingu nqatel u ttieħed mis-sit. Fi stqarrija huma spjegaw li kien il-Ħamis li għadda li l-fjamingu sparixxa iżda tlett ijiem wara l-fjamingu baqa’ ma rritornax.
Kien hawn li l-Birdlife allegat li nqatel u ttieħed l-għasfur protett hekk kif fl-istess żona nstab skartoċċ mirfus bl-istess għaqda tallega li l-persuna li sparat it-tir kienet qed tuża senter b’silencer hekk kif ma nstema’ ebda ħoss matul il-lejl. Spjegat ukoll kif fiż-żona nstabu wkoll xi rix roża.
Il-Birdlife qalet li sar rapport mal-Pulizija u uffiċjali marru fuq il-post biex jiġbru l-evidenza sabiex ikun investigat il-każ.