Dalgħodu ġiet inawgurata l-binja li fiha se jkun hemm il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Binja li fiha kien hemm il-Cafe’ Premier u li issa se jkun hemm ukoll berġa tas-saħħa u Ċentru Ċiviku.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarji Parlamentari Deo Debattista u Silvio Parnis, ic-chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef, il-Vici Kap tal-Oppozizzjoni David Agius, is-Sindku Alexei Dingli. u l-kunsilliera.
Huma ddawru mill-Perit Mario Ellul, fejn spjega l-elementi tal-binja u x’ħidma saret. Ħidma li swiet €330,000.