Lawrence Attard huwa Malti li fil-ħin tat-terremot fl-Italja lbieraħ kien jinsab Ruma. Permezz tas-sit soċjai Facebook huwa qal li ħass it-terremot sew, bil-bini “jiċċaċlaq” għal xi mumenti.
Fil-ħin li kiteb, it-terremot kien għadu kemm seħħ, bl-ewwel ħsieb tiegħu tkun it-tama li ma kienx hemm persuni mejta. B’xorti tajba l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li ma kienx hemm telf ta’ ħajja, madanakollu l-biża’ tibqa’ reali ħafna, speċjalment wara li mietu mijjiet f’Awwissu li għadda.