Infrastructure Malta rċiviet erba’ offerti b’valur li jwassal għal €3.1 miljun għall-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, it-triq li mir-roundabout ta’ Santa Luċija twassal għal Triq Garibaldi f’Ħal Luqa.
Dan ħabbru l-Ministru Ian Borg f’messaġġ fuq il-midja soċjali, li saħaq li dan il-proġett se jżid l-effiċjenza, is-sigurtà u l-kwalità ta’ din it-triq ewlenija, u ttejjeb l-aċċess għal Santa Luċija. Qal ukoll li se tinbena korsija għar-roti u l-mizi ġdid maqtugħa għaliha.
Ix-xogħol f’din it-triq mistenni jibda dalwaqt, u se jingħaqad ma’ għadd ta’ proġetti li qed iwettaq il-Gvern biex inaqqas id-diffikultajiet fl-ivvjaġġar minn u lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż, fosthom it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass, it-titjib u twessigħ ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u Triq Aldo Moro, il-bini tas-seba’ flyovers minflok it-traffic lights ta’ Triq Aldo Moro, u l-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.