Għal darb oħra l-billboards tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw il-qorti. Din id-darba għax il-kuntrattur irid jitħallas tax-xogħol li għamel biex neħħa jew ċaqlaq dawn il-billboards. Billboards li tneħħew wara li l-qorti kkonfermat li dawn ma kinux skont avviż legali maħsub biex iżomm l-ordni fit-toroq.
Għal dan ix-xogħol inkrew cranes, trailers u għodod oħra li għalihom il-kont tela’ mhux ħażin.
Din it-talba saret f’ittra uffiċjali fil-Qorti ta’ Malta u l-kuntrattur qed jitlob madwar €15,000.
L-ittra uffiċjali, iffirmata mill-avukat Robert Abela saret fil-konfront tal-Kap Simon Busuttil u Ann Fenech, President tal-Eżekuttiv u Rosette Thake, Segretarju Ġenerali.