Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ipjannar Chris Agius qal li r-regolament l-ġodda se jwassalu għal aktar sigurtà u ambjent isbaħ fit-toroq Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta se jiġi eżentat milli jħallas il-permessi għal għaxar billboards waqt li l-għaqdiet sportivi mhux se jħallsu għall-billboards fi propjeta tagħhom.
L-għaqdiet mhux governattivi se jkollhom aċċess għal għaxar billboards pprovduti mill-gvern.
Il-Ministru Borg qal li din ir-riforma se twassal għall-iżjed organizzazzjoni fit-toroq Maltin. Tenna li l-propjetarji tal-billboards għandhom tliet xhur biex jirregolaw ruħhom.
Borg qal ukoll li proċess simili ser jiġi mplimentat għar-regolarizzazzjoni tal-‘bicycle racks’ madwar il-pajjiż. Borg qal: Il-kunċett huwa l-istess li min se jagħmel użu tal-art jikkontribwixxi u dak li jkun jivvjaġġa b’alternattiva ta’ trasport fejn il-prezz jinżamm minimu u mhux ikollna bike racks ifaqqsu mingħajr ma nkunu nfurmati.’
Dwar l-abbużi tal-imwejjed u s-siġġijiet fuq art pubblika, Dr Borg qal li l-Awtorità tal-Artijiet diġà żiedet l-infurzar tagħha u ser tagħmel pjan biex tindirizza l-problema u taqta’ l-abbużi ta’ xi wħud darba għal dejjem.