Mis-16 ta’ Ottubru 2016 il-biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozzi tal-linja tnaqqsu minn €2.00 għal €1.50. Dan f’konformità mal-bidla ta’ kull sena regolata mill-Gvern. It-tnaqqis fin-nol jista’ jinkoraġġixxi iżjed l-użu tat-trasport pubbliku sabiex jgħin biex tittaffa l-konġestjoni fit-toroq tagħna. Intant, is-servizz tal-karozzi tal-linja qed jopera skont l-iskeda tax-xitwa.
Din ix-xitwa ġew introdotti rottot ġodda, fosthom ir-Rotta X1A mill-ġdid li sservi ċ-Ċirkewwa, l-isptar Mater Dei, l-Università u l-MCAST f’Raħal Ġdid, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Kienet introdotta wkoll r-Rotta 30, li qed isservi l-Bombi, Kulleġġ, l-Università u l-isptar Mater Dei. Dawn ir-rotot ġew introdotti partikolarment biex jgħinu l-istudenti li jivjaġġaw lejn l-Università, il-Junior College u l-MCAST f’Raħal Ġdid. Barra minn hekk, min għandu t-tallinja card tal-istudenti jista’ jivjaġġa għal 90 ġurnata għal prezz ta’ €55 permezz tal-iStudent Pass fejn ikun qed jiffranka €8.00.
L-iskedi l-ġodda huma disponibbli fuq publictransport.com.mt. Minħabba dan it-tibdil, il-‘Journey Planner’ fuq il-website u fuq it-tallinja app huma temporanjament wieqfa sakemm isiru l-aġġornamenti kollha. Matul dawn il-ġranet, Malta Public Transport qed taġġorna wkoll it-timetables fuq il-bus stops kollha f’Malta u Għawdex.