Wara assenza minħabba l-pandemija tal-Covid-19 il-Big Friends Guggen Musik reġgħet bdiet bil-manifestazzjonijiet tagħha barra l-pajjiż.
Bejn it-28 ta’ Awwissu u l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru il-Big Friends Guggen Musik kienu fi Stromboli Sqallija fejn f’Salina ipparteċipat mal-baned tal-lokal fil-manifestazzjoni “Cultura e Musica Tra Isole” li qed tkun organizzata għall-ewwel darba minn tliet komuni, dak ta’ Lipari, Leni u Santa Marina.
Il-banda, b’46 mużiċist u taħt id-direzzjoni tas-surmast Ian Sammut, kellha erba’ wirjiet f’kunċerti – wieħed fil-belt kapitali ta’ Lipari, f’Santa Marina Salina, fi piazza San Gaetano Leni u piazza Centrale Stromboli. Il-banda għamlet ukoll ‘show parades’ f’Lipari u Leni.
Għal Big Friends Guggen Musik din hi l-14 -il safra fin-numru ta’ snin li ilha mwaqfa. L-Ghaqda żaret Dubaj fl-Emeriti Għarab Maqgħuda għall-festi nazzjonali tal-2008, 2009, 2010, 2017 u fl-2018. Fil-ħames żjarat esegwiet diversi kunċerti u parati u daqqet fl-emerati kollha. F’dawn l-okkażżjonijiet daqqet 35 darba.
Il-banda daqqet ukoll fil-Greċja għall-festa nazzjonali tal-2009, fit-Tuneżija fl-2014 u l-2015 għall-festa nazzjonali u l-karnival.
Il-Big Friend Guggen Musik żaret Sqallija sitt darbiet. Kienet fi Sqallija għall-Karnival tal-Fjuri fl-2017 u l-2019, u fi Frar 2018 għall-karnival f’Aċireale organizzat mill-Comune. Ħadet sehem ukoll fil-karnival ġewwa Copa Dorlando fl-2018 u l-2019 kif daqqet ukollfil-gżejjer ta’ Salina.
L-Ghaqda nediet CD b’Mużika Maltija, Mużika Ewropea, u Mużika tal-Milied; kif ukoll għaddejja b’diversi proġetti biex tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha billi żżid n-numru ta’ mużiċisti – dawn jammontaw għal 75.
Sadattant il-banda għaddejja b’diversi preparanenti għal master classes kif ukoll għan-Notte Bianca.
Il-Big Friends Guggen Musik irċiviet għajnuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.