- Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefiċċji ġodda
- Konsultazzjoni dwar leave mediku speċjali
- Iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-roża u għalhekk iktar mediċini b’xejn
- Liġi ġdid kontra t-tipjip fil-karozza fil-preżenza tat-tfal
Fil-qasam tas-saħħa se jibqgħu għaddejin il-proġetti l-kbar li l-Gvern ħabbar u beda jaħdem fuqhom fl-aħħar snin, bil-prijoritajiet jibqgħu li jonqos iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet u fl-emerġenza fost oħrajn.
Is-sena d-dieħla se tkompli tkun estiża l-kura primarja u jingħata bidu għal hub reġjonali fis-sit fejn kien hemm il-ground Pace Grasso. Se jibda wkoll il-proġett li se jwassal għal ċentru ta’ saħħa ġdid f’Ħal Kirkop.
Is-sena d-dieħla se tibda ħidma li għandha twassal biex fis-snin li ġejjin ikollna sptar speċjalizzat fil-kura għall-ommijiet u t-tfal.
Il-proġett pilota li li jwassal għal mediċini fid-djar tal-pazjenti l-fuq minn sebgħin sena jew li għandhom problemi ta’ mobbiltà se jilħaq aktar lokalitajiet.
Bil-għan li jindirizza l-problema tad-dijabete, se jiddaħlu mediċini ġodda fil-formolarju tal-gvern u nintroduċu insulini ġodda. Se jingħataw b’xejn ukoll glucose sticks għal min ibati mid-dijabete tat-tip wieħed u tip tnejn. Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefiċċji ġodda.
Pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw minn kura dentali bla ħlas; sussidju fuq in-nuċċalijiet; aċċess għal antibijotiċi b’ xejn, kif ukoll kontra l-kura taz-zokkor.
Fil-formolarju tal-Gvern se jidħlu wkoll mediċini ġodda kontra l-kanċer. Il-Gvern se jikkonsulta mal-imsieħba soċjali dwar l-introduzzjoni ta’ leave mediku speċjali bi ħlas b’żieda mal-leave ta’ mard statutorju lil ħaddiem li jkunu qed jieħdu xi forma ta’ kura kontra din il-marda.
Se jkun hemm iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-roża u għalhekk iktar mediċini b’xejn. Filwaqt li l-gvern se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta li ġenitur ikun jista’ jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t-tfal.
Mill-ewwel ta Jannar se jsir kontra l-liġi tipjip f’karozzi fil-preżenza tat-tfal.