Id-Dipartiment tal-Artijiet, sors ta’ kontroversja kbira tul is-snin, se jinbidel f’awtorità u l-liġi li għandha tkun il-bażi ta’ din l-awtorità hija mfassla. Fil-fatt, is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri kkonfermat li din il-liġi għaddiet għand l-Oppożizzjoni biex l-istess oppożizzjoni wkoll tkun tista’ toffri l-veduti tagħhha dwarha. Schembri kkonfermat li l-ħsieb hu li l-liġi titressaq fil-parlament qabel il-vaganzi tas-sajf.
“Jiddependi wkoll mill-koperazzjoni li se nsibu mill-oppożizzjoni,” qalet Deborah Schembri fil-parlament li fissret kif biex il-gvern wasal għal dan l-abbozz saret konsultazzjoni kbira, inkluż mal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Deborah Schembri rreferiet ukoll għal rapport fil-MUMENT tal-bieraħ. “Assolutament mhux minnu li saru xi għażliet. Mhux minnu li hemm il-ħsieb li dawn l-għażliet isiru mingħajr sejħa pubblika. Anke fil-liġi hemm li jrid ikun hemm sejħa pubblika,” qalet is-Segretarju Parlamentari Schembri.