Il-bibien ta’ fergħa ta’ bank ewlieni f’Ħaż-Żebbuġ instabu miftuħa beraħ. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li dan il-bieb tħalla miftuħ u li ma saret l-ebda serqa jew att ta’ vandaliżmu.
Kienet persuna li użat l-ATM ta’ HSBC tal-istess fergħa li nfurmat lill-Pulizija li l-bibien ta’ din il-fergħa kienu miftuħa beraħ. Numru ta’ uffiċjali għolja tal-Pulizija u tal-bank marru fuq il-post, iżda dik li kienet maħsuba serqa rriżultat li ma kienet xejn.