It-Taliban qalu li l-bibien tagħhom huma miftuħa jekk il-President Amerikan Donald Trump ikun lest li jissokta bil-laqgħat dwar ftehim ta’ paċi fil-futur.
Il-Kap Negozjatur Sher Mohammad Abbas Stanikzai insista li n-negozjati huma l-unika soluzzjoni għall-paċi fl-Afganistan.
Dawn id-dikjarazzjonijiet saru ġimgħa wara li Trump qal li għalih, id-diskussjonijiet mat-Taliban huma “mejta”.
Aktar kmieni dan ix-xahar, iż-żewġ partijiet dehru li kienu qrib li jtemmu kunflitt ta’ 18-il sena.
Iżda Trump temm ħesrem id-diskussjonijiet wara li sar magħruf li attakk tat-Taliban f’Kabul fis-6 ta’ Settembru, ikkawża l-mewt ta’ suldat Amerikan u 11-il persuna oħra.
Ritratt: BBC News