Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali avżat lir-residenti li jgħixu:
- Triq in-Naħal, Triq Sir Arturo Mercieca u Triq it-Torri Gauci, In-Naxxar;
- Triq Salvinu Spiteri, Santa Venera
- Triq Ebona, Sqaq Nru. 2, Ħaż-Żebbuġ
Il-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu, 2017, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-10 ta’ Marzu, 2017.