L-Għaqda Biblika Maltija, li għadha kif lestiet il-ħames edizzjoni tat-traduzzjoni tal-Bibbja mil-lingwi oriġinali għall-Malti, tħabbar li t-test se jkun parti mill-app tal-Bibbja popolari YouVersion għall-iOS u Android.
Bħala parti mis-servizzi tagħha, YouVersion toffri mhux biss it-traduzzjoni l-iktar riċenti tal-Għaqda Biblika Maltija, imma wkoll l-opportunità ta’ talb kuljum mill-Iskrittura, u riżorsi oħra għat-tfal, żgħażagħ u kbar.
Il-Bible App tal-YouVersion, li tintuża fuq iktar minn 415 miljun smartphone, tablet u laptop, tista’ titniżżel b’xejn.
Fil-ġimgħat li ġejjin l-aktar edizzjoni riċenti tat-traduzzjoni bil-Malti tal-Bibbja se tkun ukoll għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba u online fuq Bibbja.mt fejn wieħed jista’ jsib it-test tal-Bibbja.