Waqt laqgħa li kellu ma’ membri tal-Welfare Committee, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tenna illi kulħadd għandu jżomm il-benessere tal-anzjani fuq quddiem tal-aġenda soċjali.
Dr Falzon faħħar ix-xogħol ta’ dan il-kumitat, filwaqt li fakkar li kulħadd għandu jkun viġilanti f’xogħlu.
Il-Ministru Falzon qal illi l-funzjoni tal-Welfare Committee għandha rwol importanti li sservi ta’ spalla għall-bżonnijiet tal-anzjani li qegħdin fi djar residenzjali.
Il-Welfare Committee u l-funzjoni tagħha huma regolati taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Ritratt: MSFC