It-tim tal-Belt irnexxielu jikkwalifika għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League wara draw ta’ wieħed b’wieħed kontra t-tim ta’ Dudelange tal-Lussemburgu.
F’logħba missielta fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, il-Beltin irnexxielhom jiksbu kwalifikazzjoni prestiġġjuża għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta’ 3 bi 3. Dan wara li fl-ewwel logħba tagħhom barra minn xtutna fil-Lussemburgu, Valletta kisbu draw ta’ tnejn bi tnejn.
Il-Beltin mistennija jkunu jafu l-avversarji tagħhom l-Erbgħa meta tintlagħab it-tieni logħba bejn it-tim Bulgaru ta’ Ludogorets u t-tim Ungeriż ta’ Ferencvaros b’dawn tal-aħħar qed igawdu vantaġġ ta’ tnejn b’wieħed fuq il-Bulgari.