Ir-residenti tal-Belt Valletta huma fost l-iktar imdejqin bil-kwalità tal-arja u l-livell ta’ storbju fil-Belt minn fost ir-residenti fil-bliet kapitali ta’ madwar l-Unjoni Ewropea. Dan skont stħarriġ tal-Eurostat fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ambjent.
Kienu 35% biss taċ-ċittadini tal-Belt li qalu li huma sodisfatti bil-kwalita tal-arja fil-Belt Valletta. Iċ-ċittadini ta’ Ruma, Madrid, Pariġi huma fost dawk li huma inqas sodisfatti minn dawk tal-Belt. B’dawk ta’ Dublin, Vienna, Helsinki, Lussemburgu, u Stokkolma huma l-iktar kuntenti.
45% tal-Maltin biss huma kuntenti bil-livell tal-istorbju fil-Belt biex huma dawk f’Ateni, Sofia u Bucharest. Huma dawk f’Dublin u Helsinki l-iktar li kienu kuntenti bil-livell ta’ ħsejjes f’pajjiżhom.