Il-Belt Valletta tinsab mal-aqwa tlett ibliet kapitali Ewropej għal meta wieħed imur jieħu brunch, jiġifieri l-ikla bejn il-kollazzjon u l-ikla ta’ wara nofsinhar.
Dan ħareġ minn studju maħruġ Uswitch.com, fejn l-istudju sar billi analizzat l-opinjoni tal-konsumaturi fuq iżjed minn mitejn u ħamsa u tletin elf ristorant madwar l-ibliet kapitali fl-Ewropa.
Skont dan l-istudju, ħareġ kif il-Belt Valletta għandha t-tielet l-aqwa ristoranti għal brunches. Dan hekk kif il-kapitali Maltija ġabet punteġġ ta’ tmienja punt tmienja erbgħa (8.84) minn għaxra.
F’dan l-istudju ħareġ ukoll kif il-kapitali Maltija, barra li toffri fost l-aħjar ristoranti għal brunches, għandha fost l-aqwa ristoranti fl-Ewropa li joffru ikel veġetarjan.
Il-medja tal-prezz f’Malta huwa ta’ tlieta u għoxrin ewro u ħamsa u ħamsin ċenteżmu.
Minn dan l-istudju ħareġ ukoll kif kif l-ewwel pajjiż huwa Ateni fil-Greċja, waqt li fit-tieni post hemm Zagreb fil-Kroazja.
Hawnhekk Malta taqbeż bliet kapitali Ewropej popolari, fosthom Lisbona, Ruma u Amsterdam, fost oħrajn.