Bosta nies irħewlha għall-Belt Valletta hekk kif illum tiġi ċċelebrata l-akbar festa kulturali li qatt ra pajjiżna tul dawn l-aħħar snin. Dan hekk kif illum se jsir il-ftuħ uffiċjali tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura għas-sena 2018.
Illejla mistennija li jkun hemm bejn tmenin u mitt elf persuna joħonqu l-Belt Valletta sabiex igawdu mill-ġmiel li toffri l-belt kapitali u jgawdu mill-attivitajiet u l-ispettaklu li se jkun qed jittella’. Se jkun qed jingħata bidu għall-Valletta 2018 permezz ta’ serata li se tieħu madwar 10 sigħat u li fiha se jieħdu sehem madwar elf artist u ħames mitt tekniku u kif ukoll ser jattendu madwar tmenin delegazzjoni ewropea u tletin ġurnalist internazzjonali
Dan kollu ngħata bidu għalih fil-17:00 f’Dar il-Meditterran fejn hemm se ssir iċ-ċerimonja uffiċjali.
Biex wara l-ispettaklu jitkompla fit-toroq tal-Belt Valletta b’ mod partikolari fl-Erba’ Pjazez prinċipali dik ta’ Tritoni, Pjazza Kastilja, San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral u Pjazza San Ġorġ.