Ilbieraħ il-Belt Valletta reġgħet ħadet il-ħajja fejn għall-ewwel darba fi tliet xhur. Dan hekk kif reġgħu nfetħu mill-ġdid il-bars u stabbilimenti oħra ta’ divertiment.
Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, is-Sur Jason Micallef, laqa’ b’sodisfazzjoni u entużjażmu r-ritorn mill-ġdid lejn in-normalità.
Huwa qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru diversi attivitajiet u inċentivi bil-għan li l-Belt tirkupra kemm jista’ jkun malajr mid-daqqa kiefra li qalet minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus.
Huwa sostna li l-ħidma tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta se tkun daqs jekk mhux aktar minn qatt qabel.