F’kumment ma’ ONE News, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef qal li “l-Belt Valletta, illum, anki bħala livell, qed tikkumpara bil-kbir ma’ bliet Ewropej, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċelebrazzjonijiet kbar nazzjonali, li kwaluanke poplu jkun qed jistenna, speċjalment il-miġja ta’ sena ġdida.”
Micallef qal dan wara li fil-lejli li għadda, bejn l-aħħar tas-sena u l-bidu ta’ sena ġdida, aktar minn 60,000 persuna marru fil-kapitali sabiex igawdu spettaklu mill-aqwa.
Iċ-Chairman tal-VCA qal li s-suċċess tal-lejl li għadda kien grazzi għall-professjonalità u anki wkoll il-kordinazzjoni bejn bosta entitajiet.
AQRA AKTAR: