Polza li tista’ tidher tajba għall-Valletta hekk kif fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni fil-kompetizzjoni taċ-Champions League telgħu kontra ċ-Champions tal-Faroe Islands.
Valletta se jiltaqgħu ma’ B36 Tórshavn fl-ewwel rawnd taċ-Champions League biex jekk jgħaddu jsibu kompetizzjoni iktar ħarxa fit-tieni rawnd. L-ewwel rawnd se jintlagħab fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju, filwaqt li t-tieni rawnd jintlagħab bejn il-ħamsa u s-sitta ta’ Lulju.
Jekk Valletta jgħaddu għat-tieni rawnd hemm tistenna l-isfida tat-tim Serb ta’ Red Star Belgrade bl-ewwel leg jintlagħab fit-12 u t-13 ta’ Lulju filwaqt li t-tieni leg tintlagħab bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju.
Intant, fl-Europea League Hibernians se jiltaqgħu kontra Spartak Trnava tas-Slovakja, li magħhom lagħbtu sentejn ilu. Balzan se jilagħu kontra Neftci tal-Azerbaijan u Birkikara se jilagħu kontra NK Siroki Brijeg tal-Bosnja. L-ewwel legs jintlagħu fit-30 ta’ Ġunju u t-tieni leg fis-sebgħa ta’ Lulju.