Kmieni dalgħodu, minn tal-inqas tliet splużjonijiet instemgħu fil-kapitali Ukrena Kiev, b’waħda mill-isplużjonijiet instemgħet viċin iċ-ċentru tal-belt.
L-attakk ta’ dalgħodu seħħ ġimgħa bogħod minn attakki oħra fuq il-kapitali li ħallew 19-il persuna mejta.
Il-President Russu, Vladimir Putin, qal li l-attakki li seħħew nhar it-Tnejn li għadda kienu b’ritaljazzjoni għall-bumbardament fuq il-pont ewlieni li jgħaqqad ir-Russja mal-Krimea.
Iżda, l-attakk tal-lum seħħ wara li l-ġimgħa l-oħra Putin qal li r-Russja attakkat il-biċċa l-kbira tal-miri u għalhekk ma għadx hemm il-bżonn ta’ aktar attakki fuq skala kbira fuq l-Ukrajna. Żied jgħid li l-għan tiegħu mhuwiex li jeqred il-pajjiż.