Laura Groeseneken hija l-ewwel kantanta magħrufa li se tikkompeti fil-Eurovision Song Contest 2018 f’Lisbona; li se tkun qed tirrapreżenta lill-Belġju.
Il-parteċipazzjoni tal-kantanta fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision tħabbret waqt it-talkshow “Van Gils&Gasten”, fejn kantant verżjoni bl-Ingliż tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision tas-sena l-oħra “Amar Pelos Dois”.
Fl-età ta’ 27 sena, il-kantanta mwielda Leuven diġà ħadmet fuq numru ta’ proġetti importanti, u minbarra li tkanta, iddoqq ukoll il-pjanu.
Il-Belġju ilhom jipparteċipaw f’dan l-ikbar konkors mużikali fl-Ewropa sa mill-ewwel edizzjoni tiegħu fl-1956, u rebħuh darba fl-1986.