Il-President tal-Belarus hedded li jieqaf jissuplixxi l-gass lill-Ewropa jekk jiġu imposti sanzjonijiet minħabba l-kriżi tal-migrazzjoni li qed teskala mal-fruntieri tal-pajjiż.
Eluf ta’ persuni jinsabu mal-fruntieri mal-Polonja bit-tama li jaqsmu lejn l-Unjoni Ewropea. Huma qegħdin f’kundizzjonijiet tat-temp xejn sbieħ hekk kif hemm kesħa xxoqq il-għadam.
Uffiċjali tal-Punent akkużaw lill-Belarus li qed jipprovoka l-kriżi biex jimmina s-sigurtà fl-Unjoni Ewropea. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.
Sadanittant, qed ikun irrappurtat li l-Unjoni Ewropea qed tħejji pakkett ġdid ta’ sanzjonijiet.
Alexander Lukashenko qal li jekk jiġu imposti sanzjonijiet ġodda, pajjiżu se jirrispondi.