Titjira tar-Ryanair mill-Greċja għal-Litwanja kellha minflok tinżel f’Minsk sabiex ġurnalist Roman Protasevich, li huwa magħruf għall-fehmiet opposti tal-President tal-Belarus li kien abbord l-ajruplan, jiġi arrestat.
Madanakollu, l-midja tal-istat qalet illi l-ajruplan għamel l-inżul ta’ emerġenza minħabba biża’ ta’ bomba.
Il-President tal-Litwanja, Gitanas Nauseda, sejjaħ din l-azzjoni mill-Belarus bħala waħda ta’ stmerrija filwaqt li talab għall-ħelsien tal-ġurnalist.
Il-President ta’ Belarus, Alexander Lukashenko ilu 27 sena fit-tmun tal-pajjiż, u l-elezzjonijiet li saru s-sena li għaddiet ġabu magħhom dubji li kien hemm tbagħbis fir-riżultat.