Il-bejta tal-fkieren tinsab f’periklu li tintilef wara maltempata qalila laqtet il-bajja tal-Ġnejna.
Apparti li l-ilmijiet qawwija li nieżlin fil-baħar qalgħu l-ilqugħ armat minn Nature Trust, kawża tal-istess ilma il-bajd tista’ tinqatagħlu l-arja minħabba li r-ramel tafli li hemm fil-Ġnejna.
Dawn il-bajd kienu tħallew minn fekruna aktar kmieni dan is-sajf fejn minn dakinhar kien hemm għassa kontinwa fis-sit sabiex jiġi assigurat li ħadd ma jxekkel dan il-proċess naturali.
Din ma kienx l-ewwel każ ta’ fekruna titla’ sabiex tbid f’din il-bajja hekk kif fl-2012 fekruna oħra kienet telgħet tbid madankollu kawża tar-ramel tafli il-bajd vaga u baqa’ ma faqqasx.
Sentejn ilu numru ta’ fkieren faqqsu wara li fekruna telgħet tbid fil-bajja ta’ Golden Bay. Nature Trust wiegħhdet li qed tagħmel l-almu tagħha biex issalva din il-bejta.