L-iskema tal-BCRS, s’issa rriċklat kważi mija u ħamsin miljun kontenitur użat.
Fi stqarrija ġie nnotat kif pajjiżna hu l-ewwel pajjiż fin-Nofsinhar tal-Ewropa li għandu tali skema u li permezz tagħha, medja ta’ kważi disa’ mitt elf kontenitur tal-plastik kuljum f’Awwissu qed jiġu rriċiklati.
Ingħad kif is-sena li għaddiet pajjiżna kien qed jirkupra mal-għoxrin fil-mija tal-kontenituri tal-plastik li jiddaħħlu fis-suq, iżda llum il-ġurnata r-rata ta’ riċiklar telgħet għal erbgħa u sebgħin fil-mija, ferm aktar mill-medja Ewropea li hi ta’ wieħed u erbgħin fil-mija biss.
Il-BCRS ħeġġet lill-pubbliku biex ikompli jirriċkla u jkun responsabbli b’dak li jagħmel mill-iskart li jiġġenera biex ikun ambjentalment sensittiv.