L-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni, l-BCA, ħadet azzjoni u b’mod immedjat waqfet kull tip ta’ xogħol li kien qed isir f’binja f’Bulebel, li fiha kien hemm inċident.
F’kitba ta’ Facebook, l-awtorità enfasizzat li matul l-aħħar xhur tas-sena l-oħra u fil-bidu ta’ din is-sena, saru numru ta’ spezzjonijiet fuq diversi postijiet tax-xogħol.
Intqal li siti bħal dawn ikunu sorveljati biex kull nuqqas jiġi indirizzat b’mod immedjat.
Fuq dan il-każ tneħħa l-periklu li seta jikkaġuna problema agħar u sar koordinament ma’ diversi entitajiet fosthom l-INDIS u l-OHSA.
L-Awtorità temmet tgħid li l-appell huwa li f’sitwazzjonijiet simili iktar milli tinxtered informazzjoni qarrieqa fuq il-midja soċjali, il-pubbliku għandu jirreferi għal helpline 138, fejn wieħed jista’ jirrapporta u jikseb informazzjoni korretta.