Is-sit Ingliż BBC għadu kemm ħabbar li sorsi tiegħu qalu li ntlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Gaza, li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 15-il xahar.
Intqal kif dan il-qbil, li s’issa ma hemm l-ebda konferma tiegħu mill-awtoritajiet Palestinjani jew Iżraeljani, seħħ wara xhur ta’ negozjati, bil-medjatur ewlieni jkun il-Qatar.
Il-Hamas kienu attakkaw Iżrael fis-7 ta’ Ottubru tal-2023, u hawn inqatlu mal-1,200 persuna u żammu 251 ostaġġ.
Dan l-attakk imbagħad segwa minn ġlied fil-medda ta’ Gaza, fejn il-militar Iżraeljan qatel mas-46,000 Palestinjan.
Iżrael qal li baqa’ mal-94 ostaġġ għand il-Hamas b’34 minnhom jista’ jkunu mejta.