Inkjesta sabet li l-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali, BBC, naqset mill-istandards ta’ integrità u trasparenza fl-intervista ta’ Martin Bashir mal-Prinċipessa Diana fl-elf disa’ mija ħamsa u disgħin.
Fil-fatt, l-inkjesta sabet kif Bashir aġixxa b’mod qarrieqi u ffalsifika dokumenti biex jagħmel l-intervista.
Kemm il-BBC u l-ġurnalist skużaw ruħhom.
L-aġenzija qalet li r-rapport wera “fallimenti ċari” u ammettiet li messa għamlet iktar sforz biex tinvestiga x’ġara dak iż-żmien.