Mal-aħbar li saħħet Papa Benedittu XVI marret ferm lura, b’bosta jgħidu li jinsab fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, il-midja internazzjonali ppublikat eloġju sħiħ dwar ħajjet Ratzinger.
Is-sit Ingliż BBC innota l-kliem li Papa Benedittu XVI kien qal lill-Kardinal Malti Mario Grech propju wara li ġie kkreat Kardinal f’Novembru tal-2020.
Benedittu, li f’dak iż-żmien saħħtu evidentament kienet diġà sejra lura, kien qal li qed isibha diffiċli biex jitkellem u stqarr li permezz ta’ dan qed japprezza iżjed is-skiet.
Waqt l-Udjenza Ġenerali l-Erbgħa filgħodu Papa Franġisku talab lid-dinja sabiex titlob għall-Papa Benedittu XVI.

Ara wkoll: