Il-BBC qed tinvestiga akkużi serji dwar preżentatur minn tagħha, li ismu għadu ma xxandarx, li qed ikun allegat li ħallas adoloxxenti għal ritratti sesswali espliċiti.
Lucy Frazer qalet li d-Direttur Ġenerali tal-BBC, aċċertaha li l-BBC qed tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet u talab biex il-korporazzjoni titħalla twettaq l-investigazzjoni.
L-allegazzjonijiet jgħidu li l-preżentatur tal-BBC ħallas ħamsa u tletin elf dollaru għal ritratti espliċiti fuq medda ta’ tliet snin, meta l-adoloxxenti kellu sbatax-il sena.